Applikazzjonijiet Ippreżentati
Ikseb aktar minn OneNote b'dawn l-applikazzjonijiet u t-tagħmiriet.
Brother Web Connection
Il-magna Brother tieħgek (MFP/Skener tad-Dokumenti) tista' tiskennja immaġnijiet u ttellagħhom f'OneNote u OneDrive direttament mingħajr ma tgħaddi minn PC.
Chegg
L-istudenti jistgħu jissejvjaw it-tweġibiet tal-homework importanti tagħhom minn Chegg Study Q&A f'OneNote. Dan faċli bil-buttuna "Ikklippjaha" ta' OneNote. Minn hemm, tista' tibda torganizza t-tweġibiet tiegħek skont is-suġġett, il-klassi jew il-kompitu u tkun tista' tfittex kollox immedjatament f'OneNote. Oħloq l-aħjar gwida tal-istudju u xxerja ma' sħabek tal-klassi.
cloudHQ
Integra n-noti ta' OneNote tiegħek bi cloudHQ. Issinkronizza n-notebooks ma' servizzi tal-cloud popolari oħra bħal Salesforce, Evernote, Dropbox. Ikkollabora faċilment ma' oħrajn, ixxerja l-ideat tiegħek fi kwalunkwe applikazzjoni, u awtomatikament issinkronizzahom lura f'OneNote. Agħmel backup ukoll tan-notebooks tiegħek ta' OneNote f'servizzi tal-cloud oħrajn biex tipproteġi l-ideat tiegħek fil-każ li tħassarhom aċċidentalment.
Newton
Issejvja emails importanti f'OneNote bi klikkjatura waħda biss permezz ta' Newton. Sew jekk hija fattura, riċetta, jew email importanti ta' klijent, uża l-integrazzjoni ta' OneNote ta' Newton biex iżżomm kollox flimkien.
Docs.com
Docs.com jippermetti lill-utenti biex iqassmy noti jew materjal tat-tagħlim permezz tan-notebooks ta' OneNote. Iħalli lil nies bħal għalliema u studenti mid-dinja kollha jaraw u jerġgħu jużaw in-notebook tiegħek ta' OneNote, biex tiżdied il-popolarità u l-influwenza fil-komunità.
Doxie Mobile Scanners
Doxie huwa tip ġdid ta' skener tal-karti li jista' jerġa' jiġi ċċarġjat, għalhekk tkun tista' tiskennja dokumenti kullimkien - ma jkunx meħtieġ kompjuter. Kemm tiċċarġjah u tixegħlu, kull fejn tkun - daħħal il-karti, l-irċevuti, u r-ritratti tiegħek biex tiskennja, tarkivja, u tixxerja. Doxie jiskennja kullimkien, imbagħad jissinkronizza ma' OneNote għal aċċess għad-dokumenti skennjati kollha tiegħek, fuq it-tagħmiriet kollha tiegħek
EDUonGo
EDUonGo jippermetti lil kulħadd biex iniedi akkademja jew kors online f'minuti. Studenti ta' EDUonGo jistgħu faċilment jesportaw lezzjonijiet fin-notebooks tagħhom stess. B'hekk ikun faċli għall-istudenti biex jieħdu n-noti u jixxerjaw ma' oħrajn. Studenti jistgħu wkoll jikkollegaw il-kontijiet tagħhom ta' OneDrive. Bħala għalliema, tista' tinkludi vidjos mill-Office Mix fil-lezzjonijiet tiegħek.
Ibgħat Posta Elettronika lil OneNote
Iġbor l-affarijiet li huma importanti għalik waqt li tkun għaddej billi tibgħathom direttament lin-notebook tiegħek! Ibgħat dokumenti, noti, itinerarji u ħafna aktar lil me@onenote.com u aħna nqegħduhom fin-notebook tiegħek ta' OneNote, fejn tista' taċċessahom mit-tagħmiriet kollha tiegħek.
Epson Document Capture Pro
Document Capture Pro iħallik tiskennja dokumenti faċilment, teditja paġni, tissejvja fajls, u tittrasferixxi dejta fl-applikazzjonijiet skennjati bi skeners ta' Epson bħal Workforce® DS-30, DS-510, DS-560 u oħrajn. Barra minn hekk, utenti jistgħu jiskennjaw f'OneNote b'touch waħda, biex jaċċessaw dokumenti faċilment minn bosta tagħmir jew biex jixxerjaw ma' oħrajn.
eQuil Smartpen2 & Smartmarker
Ikteb in-noti tiegħek fuq kwalunkwe superfiċje u ibgħathom lil OneNote billi tagħmlu superfiċje intelliġenti b'eQuil Smartpen2 u Smartmarker. Huwa l-mod naturali biex tiġbor l-ideat brillanti tiegħek.
Feedly
Feedly jikkollega qarrejja mal-istejjer u l-informazzjoni li jinteressawhom. Uża feedly biex tiskopri u ssegwi kontenut mill-aqwa, imbagħad issejvja l-aħjar artikli direttament f'OneNote bi klikkjatura waħda.
Paper u Pencil minn FiftyThree
Mur minn Pencil għal Paper bl-ideat tiegħek u mbgħad agħmel aktar permezz ta' OneNote. Ikteb u pinġi bil-preċiżjoni u l-faċilità mtejba li għaliha Pencil huwa magħruf, u jekk tagħmel żball kemm taqleb is-stylus u tħassar b'mod naturali - kollox direttament f'OneNote. Ħu noti faċilment, agħmel listi ta' verifika u ħażżeż f'Paper imbagħad ixxerja f'OneNote biex tagħmel aktar, bħal taħdmu flimkien b'notebook ixxerjat, iżżid rekordings tal-awdjo u taċċessa l-kontenut tiegħek minn kważi kull tagħmir.
Genius Scan
Genius Scan huwa skener fil-but tiegħek. Iħallik tiddiġitizza d-dokumenti tal-karta, toħloq fajls PDF u taħżinhom immedjatament f'OneNote.
JotNot Scanner
JotNot jikkonverti l-iPhone tiegħek fi skener portabbli għal ħafna paġni. Tista' tuża JotNot biex tiskennja dokumenti, irċevuti, whiteboards, kards tan-negozju u noti f'format elettroniku. JotNot issa joffri integrazzjoni diretta mal-pjattaforma ta' OneNote ta' Microsoft, biex tkun tista' malajr u faċilment tagħmel backup u torganizza l-iskennjaturi tiegħek permezz tal-kont tiegħek ta' OneNote.
Livescribe 3 Smartpen
Bil-Livescribe 3 smartpen u l-applikazzjoni Livescribe+, sempliċement ikteb fuq il-karta u ara kollox jidher immedjatament fuq it-tagħmir mobbli tiegħek, fejn tista' titteggja, tfittex u tikkonverti n-noti tiegħek f'kitba. Tista' tibgħat kollox lil OneNote biex in-noti miktubin u t-tħażżiżiet tiegħek jiġu integrati mal-kumplament tal-informazzjoni importanti tiegħek.
Mod Notebooks
Mod huwa notebook tal-karta li huwa aċċessibbli mill-cloud. Ħu noti bil-mod familjari tal-pinna u l-karta, imbagħad iddiġitizza l-paġni tiegħek bla ħlas. Kull paġna ta' notebook komplet tista' tiġi ssinkronizzata ma' OneNote u ssejvjata għal dejjem.
NeatConnect
NeatConnect jittrasforma munzell karti f'dokumenti diġitali u jibgħathom direttament lil OneNote - mingħajr kompjuter. Minn kwalunkwe kamra f'darek, jew kwalunkwe post fl-uffiċċju, permezz tal-kompatibilità mal-Wi-Fi u l-interface touchscreen ta' NeatConnect, l-iskennjar għal OneNote huwa veloċi u faċli biex inti tiffranka l-ħin, u jissettja l-organizzazzjoni u l-produttività f'livelli totalment ġodda.
News360
News360 hija applikazzjoni ġdida ta' aħbarijiet personalizzati li titgħallem x'jogħġbok u ssir aktar intelliġenti aktar ma tużaha. B'aktar minn 100,000+ sors, dejjem hemm xi ħaġa interessanti x'taqra, u tista' tissejvja l-istejjer favoriti tiegħek direttament f'OneNote b'taptipa ta' buttuna.
Nextgen Reader
Qarrej RSS veloċi, nadif u sabiħ għal Windows Phone. Issa jħallik tissejvja artikli direttament f'OneNote. Gawdi l-qari!
Office Lens
Permezz ta' Office Lens donnu jkollok skener fil-but tiegħek. Qatt terġa' titlef noti fuq whiteboard jew blackboard, u qatt terġa' tfittex dokumenti jew kards tan-negozju spustjati, irċevuti mitlufa jew sticky notes imwarrbin! Permezz ta' Office Lens l-istampi tiegħek b'mod maġiku jkunu jistgħu jinqraw u jerġgħu jintużaw. Iġbed kontenut direttament f'OneNote bi trimmjar u tindif awtomatiku.
OneNote For AutoCAD
OneNote for AutoCAD iħallik tieħu noti ħdejn it-tpinġija tiegħek minn AutoCAD. Dan itejjeb il-produttività tal-professjonisti tal-arkitettura u l-inġinerija mad-dinja kollha li jużaw AutoCAD biex joħolqu tpinġijiet 2D u 3D. Dawn in-noti huma appoġġjati fil-cloud u jistgħu jiġu aċċessati meta trid. L-utenti jistgħu jaraw dawn in-noti meta jerġgħu jiftħu t-tpinġija f'AutoCAD.
OneNote Class Notebooks
Organizza l-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-kontenut tal-kors tiegħek fin-notebook diġitali tiegħek stess b'workspace personali għal kull student, librerija tal-kontenut għall-handouts, u spazju tal-kollaborazzjoni għal lezzjonijiet u attivitajiet kreattivi.
OneNote Web Clipper
OneNote Web Clipper iħallik tissejvja paġni tal-web mill-brawżer tiegħek fin-notebooks tiegħek ta' OneNote. Bi klikkjatura waħda biss, jgħinek tiġbor affarijiet malajr u tiftakar aktar f'ħajtek.
Powerbot for Gmail
Issejvja posta elettronika importanti, konverżazzjonijiet u hemżiet f'OneNote direttament mill-interface ta' Gmail. M'hemmx għalfejn taqbeż aktar minn applikazzjoni għal oħra.
WordPress
Ikteb il-posts tiegħek ta' WordPress fuq kwalunkwe tagħmir, transpjattaforma, online jew offline f'OneNote u faċilment erġa' uża l-kontenut min-noti eżistenti kollha tiegħek.
Zapier
Zapier hija l-aktar mod faċli biex tikkollega OneNote mal-applikazzjonijiet li diġà tuża, bħal Salesforce, Trello, Basecamp, Wufoo u Twitter. Uża din l-applikazzjoni biex tagħmel backup tan-noti, iżżomm rekord tal-attivitajiet kompluti jew tissejvja kuntatti ġodda, ritratti, paġni tal-web u aktar.